Devjazzjoni ġdida fil-proġett ta’ Santa Luċija; mhux immarkata

Ian Borg / Facebook

Minn Ħal Luqa għal tal-Barrani issa hemm devjazzjoni ġdida li għadha mhux immarkata.

Dan qalitu l-paġna ta’ Facebook Maltese Roads Traffic Updates. Il-paġna spjegat li fil-proġett ta’ Santa Luċija, direzzjoni minn Luqa għal tal-Barrani, issa m’għadekx trid tmur fuq ix-xellug. Minflok, ir-rotta inbidlet li trid tieħu lemin. Il-paġna qalet li din ir-rotta għadha ma ġietx immarkata.

Dan il-proġett huwa biex jinbnew mini bejn il-Marsa u Santa Luċija. Fihom se jsiru cables ta’ vultaġġ għoli importanti għas-sistema tal-elettriku. Barra minn hekk, se jkun hemm mini li se jgħaqqdu Triq tal-Barrani ma’ Vjal Santa Luċija.

Rotot ġodda minħabba l-proġett ta’ Santa Luċija
Triq tal-Barrani lejn Santa Luċija magħluqa minn nhar it-Tnejn