Devis Mangia jinħatar kowċ nazzjonali ta’ Malta

Il-kowċ Taljan Devis Mangia inħatar bħala l-Head Coach il-ġdid tat-timijiet nazzjonali Maltin u se jieħu post Ray Farrugia.

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo wera s-sodisfazzjon tiegħu għal fatt li Mangia aċċetta li jsir il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Mangia qal li hu kuntent li laħaq ftehim mal-MFA. “Il-proġett li ġie ppreżentat lili hu veru ambizzjuż u ninsab kunfidenti li b’ħidma iebsa u b’dedikazzjoni flimkien, nistgħu intejbu b’mod sinifikanti l-livell tal-futbol Malti.

Mangia hu kowċ Taljan ta’ 45 sena, ta’ esperjenza. Mangia mexxa lil Palermo fis-Serie A fl-istaġun 2011/2012 kif ukoll kien kowċ nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena.

Mangia hu t-tielet Taljan li ħa f’idejh it-tim Nazzjonali Malti, wara Pietro Ghedin u Terrenzio Polverini.