Dettalji li għandek tkun taf qabel tmur tivvota

Il-Kummissjoni Elettorali tenniet li l-ħinijiet tal-votazzjoni nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju se jkunu bejn is-7 am u l-10 pm bla waqfien.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni qalet li kulħadd għandu jara li jmur fl-indirizz tal-post tal-votazzjoni li hemm miktub fuq id-dokument tal-vot tiegħu.

Qalet ukoll li fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li m’għandhomx bżonn għajnuna għal kull votant li jkollu bżonn l-għajnuna tal-assistenti kummissjonarji elettorali biex jivvota.

Il-Kummissjoni Elettorali fakkret ukoll li min jostakola jew iżomm l-aċċess ħieles ta’ votant milli jivvota jkun ħati ta’ reat.