“Determinati għar-riforma fil-pensjonijiet” – Il-PM Franċiż

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe qal li l-Gvern huwa determinat li jimplimenta riforma fis-sistema tal-pensjonijiet. Dan minkejja strajk fil-pajjiż u għadd ta’ protesti mit-trejd unjins li jridu li l-pjan jitħassar.

Philippe qal lill-Parlament Franċiż illum illi jifhem l-oppożizzjoni demokratika lejn il-proġett tal-Gvern, iżda stqarr li l-Gvern spjega fiċ-ċar x’inhu l-proġett tiegħu, u hu determinat li jwettaq dan il-pjan.