Detenzjoni: Iktar minn 10 ġimgħat illegali – Qorti

Miguela Xuereb

Read in English.

6 migranti ġew miżmuma fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi għal iżjed minn 10 ġimgħat. Il-Qorti iddikjarat li din kienet illegali.

Dan wara li ssottomew applikazzjonijiet separati fejn qalu li l-fatt li baqgħu miżmuma iżjed mill-10 ġimgħat li suppost tmur kontra d-dritt tal-libertà personali tagħhom.

Huma spjegaw kif wara li ġew salvati mill-baħar, il-Pulizija interrogathom mingħajr interpretu. Imbagħad, ittieħdu ċ-ċentru tad-detenzjoni fejn ġew ikkonfiskati l-affarijiet tagħhom. Wara, ingħataw dokument li waqqafhom milli joħorġu. Dan id-dokument jgħid li hemm raġuni valida biex jiġi suspettat li qed iġorru mard serju. Huma ma kinux infurmati kif is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika wasal għal din il-konklużjoni.

Huma aċċettaw li jsir skrining ta’ sidirhom, iżda qatt ma rċivew ir-riżultati. Imbagħad applikaw għall-ażil, jiġifieri saru legali. Minkejja dan, baqgħu jinżammu Ħal Safi taħt osservazzjoni permanenti. Meta kellhom imorru x’imkien, bħaċ-ċentru tas-saħħa, kienu jlibbsuhom il-manetti.

Il-liġi tippermetti li jkun hemm detenzjoni ta’ 10 ġimgħat fil-kaz ta’ testijiet li hemm bżonn isiru. Però, il-migranti qalu li qatt ma reġgħu ġew eżaminati, u ma ngħatawx pirmli. Ukoll, jidher li din il-proċedura tapplika biss għal dawk salvati mill-baħar. Nies li jaslu Malta mod ieħor, turisti, jew Maltin ġejjin minn pajjiżi riskjużi ma jkollhomx l-istess ristrezzjonijiet.

Wara li semgħet ix-xhieda kollha, il-Qorti kkonkludiet li l-migranti għandhom jinħelsu peress li it-twaqqif tal-libertà tmur kontra l-liġi.

Kien hemm numru ta’ protesti fiċ-ċentru tad-detenzjoni ta’ Ħal Safi. Huma kienu qed jistaqsu għall-libertà.

Protesti għall-libertà f’Ħal Safi

Aġġornata: Immigranti jipprotestaw mill-ġdid f’Ħal Safi

Ritratti: Għajjat, nar u storbju fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi

Il-lejl li għadda kien hemm protesta fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

Aġġornata 2: Filmat: Pulizija mweġġa’, 3 karozzi jieħdu n-nar

Għadd ta’ Pulizija dalgħodu marru fil-villaġġ tat-tined f’Ħal Far wara l-protesti mill-immigranti matul il-lejl li għadda.

Filmat u ritratti: X’qed jiġri f’Ħal Far?