Destiny tikklassifika fit-tielet post

Il-kanzunetta All of my Love ta Destiny Chukunyere llejla klassifikat fit-tielet post waqt il-kompetizzjoni “Der Kleine Song Contest” (The Little Song Contest) li sar fuq it-televiżjoni fl-Awstrija maqsuma fuq tlett serati.

Waqt kull programm kienu qed jikkompetu l-kanzunetti li din is-sena kienu mistennija jipparteċipaw fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li peró tħassar minħabba fis-sitwazzjoni tal-Covid-19.

Minn kull serata ħareġ finalist, b’Destiny tirbaħ it-tieni serata tal-Ħamis 16 ta’ April u b’hekk illejla ikkompetiet maż-żewġ finalisti l-oħra.

Il-kantanta Maltija dehret ukoll b’kollegament mid-dar tagħha ftit ħin qabel il-votazzjoni fejn minnu ħareġ ir-riżultat finali li hi klassifikat fit-tielet post.

Din l-edizzjoni ta’ “Der Kleine Song Contest” (The Little Song Contest) intrebħet minn Daði & Gagnamagnið li kellu jirrappreżenta l-Iżlanda bil-kanzunetta Think About Things, li kisbet 33% tal-voti.

Fit-tieni post ġie l-kantant Vincent Bueno li kellu jirrappreżenta l-Awstrija bil-kanzunetta Alive b’48% tal-voti filwaqt li l-kanzunetta All of my Love ta’ Destiny ġiet fit-tielet post b’19% tal-voti.

Bla dubju li ħafna fans tal-Eurovision se jkunu qed jsitennew is-16 ta’ Mejju meta dakinhar se jittella’ programm speċjali mill-EBU biex jonora l-kanzunetti kollha li din is-sena kellhom jieħdu sehem fil-Eurovision.

Prosit tassew Destiny talli llejla għamilt lil Malti għal darb’oħra kburija bik.