“Destiny hija tassew straordinarja” – Justine

Nhar is-Sibt li għadda assistejna għall-finali ta’ X Factor  Malta u wara l-eliminazzjoni ta’ Kyle Cutajar u F.A.I.T.H. kien hemm it-taqbida sal-aħħar bejn Destiny Chukunyere u Justine Shorfid.  Ir-riżultat finali kien dak fejn Destiny ġiet iddikajarata rebbieħa permezz tal-akbar ammont ta’ voti mill-pubbliku filwaqt li Justine Shorfid ġiet fit-tieni post.

Dalgħodu Justine rringrazzjat lill-pubbliku talli għamel il-ħolma tagħha realtà u ddeskriviet lil Destinja bħala persuna tassew straordinarja.

Dwar l-esperjenza tagħha fil-kompetizzjoni ta’ X Factor, Justine qalet li qatt ma ħasbet li kienet  se tasal fit-tieni post.

“Nixtieq nirringrazzja lill-mentor meraviljuża tiegħi Ira Losco talli qiegħed hemm għalija f’kull pass tat-triq & l-membri l-oħra tal-ġurija Howard Keith Debono, Alexandra Alden u Ray Mercieca talli għenuni f’ħafna modi matul il-kompetizzjoni,” kitbet il-kantanta ta’ 16-il sena.

Hija rringrazzjat ukoll lit-tim tal-produzzjoni  u kkummentat li kien tassew unur li taħdem ma’ dawn in-nies tal-għaġeb u li kellha ċ-ċans taqsam din l-esperjenza sabiħa magħhom.

Ritratt: Facebook/JustineSHorfid

Awguri Justine. Impressjonajt bil-kbir lill-Maltin u l-Għawdxin u ħerqanin biex nisimgħu aktar minn għandek fiż-żmien li ġej.