Destiny Chukunyere tiltaqa’ mal-President u l-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-kantanta Destiny Chukunyere ltaqgħet mal-President ta’ Marie-Louise Coleiro.
Il-President ta’ Malta rringrazzjat lil Destiny għall-fatt li bit-talent tagħha kompliet tagħti viżibilità pożittiva lil pajjiżna u wasslet ukoll messaġġi tant sbieħ permezz tal-kanzunetta Not My Soul miktuba minn Matt Muxu Mercieca u Destiny Chukunyere, b’kompożizzjoni ta’ Elton Żarb. 
Għal din iż-żjara attendew il-familja ta’ Destiny u l-Kap Eżekuttiv tal-PBS. 
Aktar tard Destiny ltaqgħet ukoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Ritratt: DOI