Destiny Chukunyere tiltaqa’ mal-PM u l-Ministru għall-Kultura

Destiny Chukunyere ltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici f’Kastilja, dan wara li s-Sibt li għadda rebħet it-13-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li sar fil-Bulgarija.
Għal din iż-żjara Destiny kienet akkumpanjata mill-ġenituri tagħha kif ukoll membri tat-tim li għenu fil-kompożizzjoni tal-diska Not My Soul, li biha rebħet il-festival.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri