​Destinazzjoni Ġappuniża għal Torres

Jidher li Fernando Torres mistenni jingħaqad ma’ Sagan Tosu fil-Ġappun wara li t-tieni esperjenza tiegħu’ ma’ Atletico Madrid waslet fi tmiemha.
Hu skorja 120 gowl fi 347 logħba mat-tim minn Madrid fejn irnexxielu jirbaħ l-aħħar edizzjoni tal-UEFA Europa League. Dikjarrazzjoni min-naħa ta’ Sagan Tosu, ippubblikata bi żball fuq is-sit uffiċjali tagħhom, indikat li t-trasferiment ser iseħħ daqt.
Skont il-gazzetta Spanjola Marca, il-plejer ta’ 34 sena se jkun qed jaqla’ madwar £67,000 fil-ġimgħa.
B’hekk Torres se jsir it-tieni plejer b’esperjenza vasta fl-Ewropa li ħa jmur jilgħab fil-Ġappun matul is-sajf li ġej wara li Andres Iniesta iffirma ma’ Vissel Kobe.