Deschamps jitkellem dwar is-sitwazzjoni ta’ Pogba

Meta għamel l-intervent tiegħu f’konferenza stampa, il-kowċ tat-tim nazzjonali Franċiż Didier Deschamps tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti ta’ Paul Pogba. Deschamps qal illi sar jaf bil-mument diffiċli illi għaddej dan il-plejer mar-Red Devils u r-relazzjoni xejn feliċi ma’ Jose Mourinho.
Deschamps ser jipprova jkellem lil dan il-plejer qabel il-logħbiet internazzjonali ta’ ħbiberija illi Franza għandhom kontra l-Kolombja u r-Russja.
Il-manager Franċiż huwa fiduċjuż illi Pogba jerġa’ jirritorna għal li kien ladarba jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu mal-klabb.