​Deschamps b’tim mimli talent

Żgur li ma kinux kollha faċli d-deċiżjonijiet li ħa Didier Deshamps sabiex għażel l-iskwadra ta’ 23 plejer li se jirrapreżentaw lil Franza fl-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja.
Fost il-plejers li mhux ħa jkunu parti minn Le Bleus hemm l-attakkanti Alexandre Lacazette u Anthony Martial ta’ Arsenal u Manchester United rispettivament. Kingsley Coman kellu staġun fuq livelli tajbin ma’ Bayern Munich u għenhom jirbħu l-Bundesliga b’seba’ gowls fi 32 logħba.
Madanakollu Deschamps iddeċieda li jafda l-attakk tat-tim nazzjonali Franċiż f’idejn Antoine Griezmann, li kien deċisiv lejn l-aħħar parti ta’ dan l-istaġun ma’ Atletico Madrid, Olivier Giroud ta’ Chelsea, Kylian Mbappe, Ousmane Dembele u l-eks plejer ta’ Newscastle United FlorianThauvin.
Paul Pogba, Blaise Matuidi, N’Golo Kante u Nabil Fekir huma plejers oħra li se naraw fir-Russja filwaqt li l-veteran Yohan Cabaye ta’ Crystal Palace u Adrien Rabiot ta’ PSG huma plejers oħra li tħallew barra minkejja l-prestazzjonijiet pożittivi tagħhom.