​Derby County interessati f’Lampard

lampard

Skont il-midja Ingliża Frank Lampard jinsab viċin li jsir il-kowċ il-ġdid ta’ Derby County.
Għalkemm hemm kandidati oħra li jistgħu jinħatru f’din il-kariga, l-eks midfielder ta’ Chelsea huwa l-favorit.
Lampard għadu qatt ma okkupa rwol simili minn meta rtira fl-2017 iżda l-esperjenza twila tiegħu bħala plejer determinanti f’wieħed mill-aqwa timijiet Ewropej tista’ tgħinu la darba jsir kowċ. Derby County jilagħbu fiċ-Championship Ingliż u matul l-istaġun li għadu kemm intemm spiċċaw fis-sitt post, 8 punti ’l bogħod mill-playoffs.
Fl-2008 il-klabb kien ġie relegat mill-Premier League Ingliż wara li kiseb rekord negattiv ta’ punti li kien jammonta għal 11.