Deputati Libjani aggrediti mid-dimostranti

Numru ta’ deputati Libjani sfaw aggrediti minn dimostranti li nieżlu jipprotestaw fit-toroq.
Il-protesti saru quddiem il-bini tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali li bħalissa huwa l-akbar awtorità politika fil-Libja.
Mill-ewwel informazzjoni li ta’ l-kelliem tal-Kungress fuq l-istazzjon tal-Istat Libjan, jidher li l-dimostranti kissru wkoll il-karozzi tad-deputati.
Għadu mhux magħruf x’wassal għal din il-protesta.