Read in English.
Petra Urso għadha kemm inħatret bħala Deputat Kap Eżekuttiv ta’ Beacon Media Group Limited.
Urso, li għandha aktar minn 10 snin ta’ esperjenza fil-qasam tas-Sales u Marketing, ingħaqdet ma’ Beacon Media Group f’Marzu 2018 bħala Business Development Manager.
Għalkemm l-enfasi ewlenija tagħha se tkun business development f’isem Newsbook.com.mt, Urso se tgħin ukoll fl-operat u l-amministrazzjoni tal-kumpanija.
Beacon Media Group jinkorpora lil Newsbook.com.mt, 103 Malta’s Heart u l-Media Centre.