Read in English.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat approva l-ħatra tal-Avukat Philip Galea Farrugia bħala Deputat Avukat Ġenerali.
Huwa beda jaħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fl-2010, fejn speċjalizza fil-liġi kriminali u tal-prosekuzzjoni. Huwa rrappreżenta lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u lill-Gvern ta’ Malta diversi drabi.
F’Ottubru tal-2013, huwa ġie maħtur maħtur Assistent Avukat Ġenerali u Kap tat-Taqsima tal-Liġi Kriminali u Prosekuzzjoni. Huwa mbagħad beda jokkupa l-kariga bħala Membru Nazzjonali għal Malta fi ħdan l-aġenzija ġudizzjarja Eurojust fl-2017.
Galea Farrugia gradwa b’Dottorat fil-liġi fl-2001, fejn wara ftit żmien jaħdem ma’ ditta legali, fetaħ il-prattika legali privata tiegħu. Huwa ħadem f’diversi oqsma tal-liġi u deher quddiem ħafna mill-qrati u tribunali ta’ Malta u Għawdex.