Depożitu fiss ġdid fl-Isterlina mill-APS Bank

L-APS Bank għadu kif niegħed depożitu fiss ġdid fl-isterlina (il-lira Ingliża). 
Dan il-kont jista’ jinfetaħ minn individwi b’depożitu minimu inizzjali ta’ £2,000, għal terminu fiss ta’ 5 snin b’imgħax ta’ 2% fis-sena, qabel it-taxxa. 
“Aħna konxji li l-investituri qed ifittxu iżjed li jinvestu f’muniti differenti. Għaldaqstant, dan id-Depożitu Fiss ġdid tal-APS fl-isterlina qed jagħtihom l-opportunità li jieħdu din l-offerta u jiddiversifikaw il-portafoll tagħhom,” qal Marvin Farrugia, il-Kap tal-Asset Liability Managementtal-APS Bank.
Għal aktar informazzjoni, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet, tistgħu tmorru fi kwalunkwe fergħa tal-APS Bank, jew iżżuru s-sit elettroniku apsbank.com.mt/gbp-term-deposit-account jew iċċemplu fuq 21226644.