Deportat lejn l-Afganistan; jikkommetti suwiċidju

Wieħed mid-69 Afgani li kienu deportati mill-Ġermanja l-ġimgħa li għaddiet, ikkommetta suwiċidju.

Jidher li persuna qatlet lila nfisha wara li ġiet iddeportata fl-Afganistan u nstagħbet mejta f’akkomodazzjoni f’Kabul.

Il-Ministru Ġermaniż għall-Intern, Horst Seehofer li qed jimpika mal-Kanċillier Angela Merkel sabiex tissikka ċ-ċintorin u tikkontrolla aktar l-immigrazzjoni, innota li 69 persuna ġiet deportata lejn l-Afganistan f’għeluq sninu, propju meta għalaq 69 sena.