Deo Debattista se jiffoka aktar fuq l-indafa pubblika

DOI Kevin Abela

Il-Gvern ħabbar li se jkun hemm bidla fl-isem tas-Segretarjat Parlamentari li jmexxi Deo Debattista li se jkun qed jagħti aktar attenzjoni lill-indafa pubblika.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li minħabba t-tmiem tal-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura, dak li kien magħruf bħala s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur u Valletta 2018 issa se jsir magħruf bħala s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika, u s-Sostenn tal-Belt Kapitali.

Skont il-Gvern, minkejja li s-Segretarju Parlamentari Debattista diġà kellu taħt ir-responsabbilità tiegħu l-indafa pubblika, issa se tkun qed tingħata attenzjoni akbar b’kordinazzjoni ma‘ awtoritajiet oħra.