Dentistrija b’xejn għall-Għawdxin

Se jibda jingħata servizz ta’ dentistrija b’xejn f’Għawdex minn studenti li se jkunu qed iduru bosta lokalitajiet f’Għawdex.
Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, meta nediet kampanja ta’ għarfien, kif ukoll ta’ ħarsien, tas-saħħa tal-ħalq flimkien mal-Fakultà tad-Dentistrija tal-Università ta’ Malta
Il-Mobile Dental Unit, vettura armata b’apparat b’teknoloġija sofistikata, se tkun qed iddur Għawdex bejn id-9am u nofsinhar.
Persuni jistgħu jirrikorru sabiex jeżaminaw il-ħalq u s-snien kif ukoll jingħataw pariri dwar is-saħħa tal-ħalq.
Il-Ministru enfasizzat li din hija opportunità tajba sabiex tinfirex l-kuxjenza favur saħħa aħjar f’dak li għandu x’jaqsam mas-snien u l-ħalq speċjalment fost it-tfal.
Hija qalet li ħafna minn nies għandhom jiċċekkjaw snienhom u ħalqhom aktar frekwenti, biex b’hekk ikun hemm anqas riskju ta’ taħsir u mard tal-ħalq u tas-snien.