Denis Zammit Cutajar jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ P. Cutajar & Co. Ltd.

Denis Zammit Cutajar qed jieħu post Tony Zammit Cutajar li rtira mill-kariga tiegħu fil-bidu ta’ dan ix-xahar wara karriera twila u produttiva mal-kumpanija.
“Nixtieq nirringrazzja lil Tony tas-servizz li ta u l-frott li ħalla permezz tat-tmexxija tiegħu. Ninsab onorat li ġejt magħżul biex inkompli nibni fuq is-suċċess tiegħu, speċjalment din is-sena fejn qed niċċelebraw il-150 sena minn meta bdejna l-operat tagħna,” qal Denis Zammit Cutajar fl-ewwel kummenti tiegħu.
P. Cutajar ilha topera mis-sena 1865, meta l-fundatur Paul Cutajar stabbilixxa kummerċ tal-importazzjoni minn uffiċċju fil-Belt Valletta. Illum il-ġurnata, il-kumpanija hija magħrufa bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin f’Malta, speċjalizzata fl-importazzjoni u distribuzzjoni ta’ inbejjed, ikel u konfettura ta’ ditti bħal Ferrero, Lavazza, Bacardi, Martini, Häagen-Dazs u Olly’s Premium Eats. Il-kumpanija topera wkoll ħwienet tal-moda Coccinelle u Solaris.
Denis Zammit Cutajar ta’ 59 sena, hu wieħed mill-fundaturi tal-Eden Foundation u Inspire u ilu jservi bħala l-Konslu għal Monako f’Malta mill-1994.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .