Denfil imut wara li ħabat mal-blat fl-Għadira

Facebook

Denfil illum ħabat mal-blat minħabba l-kurrent qawwi, u tilef ħajtu, minkejja l-isforzi tat-tim tas-Salib l-Aħmar biex isalvawh.

Dan ġara fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Salib l-Aħmar, dawn qalu li waranofsinhar, flimkien ma’ voluntiera minn Nature Trust u rappreżentant tal-Protezzjoni Ċivili, pruvaw isalvaw ħajjet denfil li nġarr mal-kurrent minħabba l-maltemp u ħabat mal-blat, iżda dan miet.

Earlier this afternoon the Malta Red Cross Water Rescue Team, together with a CPD representative, assisted Nature Trust…

Posted by Malta Red Cross on Tuesday, September 15, 2020