Denfil żgħir miet f’nofs spettaklu ġewwa l-Bulgarija wara li kien qed jitħaddem iktar milli kien jiflaħ mis-sidien.
Il-park fejn kien jinżamm qed ikunu kkritikat ħafna wara li d-denfil, li kien għadu tarbija, miet traġikament waqt prestazzjoni. Membri mill-udjenza li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li nnuttaw kif fil-ħin li d-denfil ċkejken miet, id-dniefel l-oħra fl-istess pixxina waqfu jilgħabu.
Fi stqarrija l-park fejn miet id-denfil ċaħad li d-denfil miet waqt preżentazzjoni, għall-kuntrarju ta’ dak li qalu diversi xhieda.

Waħda mill-bijoloġisti li jaħdmu fil-park fejn miet id-denfil qalet li t-tarbija u l-omm kienu ġew separati mit-twelid tiegħu.
Jidher li fl-istess park mietu total ta’ sitt annimali fl-aħħar ħames snin, inkluż ħames denfili. Ikkumparata mar-rata ta’ parks oħra din hi meqjusa bħala waħda għolja ħafna.
Kawża ta’ dan l-inċident tnediet petizzjoni sabiex il-park konċernat jingħalaq.