Demokrazija Kristjana fil-vot Ewroparlamentari ta’ 2019, skont il-PM Ungeriż

FILE PHOTO: Hungarian Prime Minister Viktor Orban. REUTERS/Axel Schmidt/File Photo

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban qal li l-elezzjonijiet Ewroparlamentari jaf iġibu bidla, fejn ikun hemm bidu ta’ demokrazija Kristjana illiberali fl-Unjoni Ewropea li tispelli t-tmiem tal-multikulturaliżmu.

Orban qal li l-vot Ewroparlamentari irid juri li hemm alternattiva għal demokrazija liberali, li skontu ħadmet b’mod mhux demokratiku billi kienet intolleranti ta’ ħsibijiet differenti.

Demokrazija Kristjana, spjega Orban, tiċħad il-multikulturaliżmu u l-imigrazzjoni waqt li xorta tisħaq għal valuri Kristjani.