​ Demm Ħamrun: Għadu mhux magħruf jekk hux ta’ bniedem

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex tistabbilixxi jekk it-traċċi ta’ demm fl-art ħdejn il-grawnd fil-Ħamrun, humiex ta’ bniedem jew annimal.
Ma’ Newsbook.com.mt, kelliem għall-Pulizija qal li minkejja dan jista’ jikkonferma li l-likwidu li nstab ħdejn il-grawnd tal-Ħamrun Spartans huwa demm.
Żied jgħid li membri mis-sezzjoni tal-Forensika tal-Pulizija ġabru u għaddew swabs tad-demm għal iżjed stħarriġ mill-esperti.
Din l-informazzjoni waslet għand Newsbook.com.mt fl-aħħar jiem, 13-il ġurnata wara li seħħ il-każ.