Dembele ta’ Tottenham kunfidenti għal-logħba tal-lum

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Tottenham Hotspurs Moussa Dembélé tkellem mal-gazzetta Ingliża The Telegraph dwar il-partita li t-tim tiegħu ser jilagħbu llum f’Wembley Stadium kontra Juventus fil-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League.
Huwa qal illi hu flimkien ma’ sħabu jinsabu determinati illi jgħaddu għall-kwarti finali filwaqt illi għandhom vantaġġ illi bi dros ta’ 0-0 jew 1-1 ikun biżżejjed għalihom.
“Il-fatt illi Juventus iridu jiskorjaw bilfors hija ta’ vantaġġ għalina u għalhekk psikoloġikament ninsabu aħjar minnhom.”
Dembele sostna illi l-profil tat-tim żdiet ħafna b’mod partikolari wara r-riżultati li kisbu matul dan l-istaġun kontra Real Madrid u l-istess Bianconeri.
“Għalina din hija kompetizzjoni speċjali u ser nippruvaw naslu kemm jista’ jkun ‘il bogħod,” temm jgħid b’mod kunfidenti l-plejer Franċiż.