​Dembele lura fl-iskwadra ta’ Barcelona

Wara nuqqas ta’ xahar, l-attakkant ta’ Barcelona Ousmane Dembele reġa’ rritorna fl-iskwadra tal-Blaugrana li llum ser jaffrontaw lil Getafe fil-La Liga Spanjola.
Dembele kien weġġa’ fil-15 ta’ Jannar illi għadda kontra Anoeta u skont it-tobba tal-klabb kellu bżonn 4 ġimgħat ta’ mistrieħ.
It-tim Spanjol kien xtara lil Dembele għal €105 miljun u s’issa deher biss seba’ darbiet mat-tim Katalan.
Ernesto Valverde, il-kowċ ta’ Barcelona, qed iqis lil dan il-plejer fundamentali fit-trio tal-attakk ma’ Lionel Messi u Luis Suarez.