Dembele jħalli lil Celtic

Dembele Celtic

Il-president ta’ Lyon Jean-Michael Aulas ikkonferma li l-klabb Franċiż akkwista lill-attakant ta’ Celtic Moussa Dembele għas-somma ta’ £19.7m. Ftit jiem qabel seħħ it-trasferiment, Aulas kien għamilha ċara li l-plejer wera x-xewqa li jerġa’ jmur jilgħab ġewwa Franza. L-attakkant Franċiż ta’ taħt il-21 sena ngħaqad ma’ Celtic mingħand Fulham fl-2016 u skurja 54 darba f’94 logħba.

Dembele se jimla l-vojt li ħalla warajh Mariano Diaz li telaq lil Lyon sabiex jerġa’ jsieħeb lil Real Madrid għal €30m. Il-plejer ta’ 25 sena ngħaqad ma’ Lyon sena ilu u rnexxielu jiskura 18-il gowl f’Ligue 1.