Dell mill-Imgħoddi

Bdil fl-iskeda ta’ TVM li se jkun qed juri bosta drama mill-arkivji. Filwaqt li bħalissa filgħodu qiegħed juri l-ewwel staġun tas-sensiela għat-tfal Il-Misteru tal-Bombli tal-Fuħħar, illejla fid-9pm se tkun qed titwassal drama li nħadmet madwar 34 sena ilu, Dell mill-Imgħoddi.

F’din il-produzzjoni se naraw fil-partijiet ewlenin bosta atturi meta kienu għadhom f’età iżgħar bħal Ray Abdilla, Marvic Cordina, Tony Cassar Darien, Peter Borg u Joyce Guillaumier.

Hemm atturi oħra li llum m’għadhomx magħna bħal Melita Cutajar u Sonny Monte.

F’din id-drama se naraw ukoll is-sehem tal-kantanti u mużiċisti Paul Giordimaina, Joe Carr u Philip Fenech.

L-istorja għandha element ta’ mħabba, azzjoni u niket.

Fir-ritratt taraw lil uħud mill-atturi ta’ din il-produzzjoni li kienu ltaqgħu fl-2016 f’okkażjoni tat-30 sena minn mindu ħadmu din id-drama li se tkun qed terġa’ titwassal illejla.

Il-kitba, produzzjoni u direzzjoni ta’ din id-drama li għandha tul ta’ madwar 80 minuta hija ta’ Tony Parnis.