Delitt Żejtun: Intlaqat b’tiri f’għonqu u f’sidru

Il-pulizija qalet li Peter Cassar magħruf bħala ‘Il-Ħaqqa’ li nqatel illum wara nofsinhar fiż-Żejtun, intlaqat minn żewġ tiri, wieħed f’għonqu u ieħor f’sidru.
F’konferenza tal-aħbarijiet  illejla l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta qal li mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li possibilment it-tiri ġew sparati mill-qrib u li l-vittma mexa għall-għajnuna.
Madanakollu ma kkonfermax jekk hemmx persuna waħda jew aktar involuti fid-delitt.
Huwa appella lill-pubbliku biex jgħaddi kwalunkwe informazzjoni dwar il-każ lill-pulizija fuq 119.
Fid-delitt tal-lum, li huwa t-tielet wieħed din is-sena u dan ix-xahar, Peter Cassar li għandu 67 nqatel b’tir ta’ arma tan-nar fuq għatba ta’ dar fl-istess triq ftit ‘il bogħod minn fejn kien joqgħod.
 

 
Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.