Awdjo: Delitt Ħal Far: Il-Pulizija żżomm persuna biex tgħinha fl-istħarriġ

Il-pulizija qed iżżomm persuna biex tgħinha fl-istħarriġ dwar id-delitt li seħħ il-bieraħ f’ Ħal Far.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet li ssejħet mill-pulizija.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5 neqsin 20 minuta ħdejn il-fabbrika ‘Continental Meat’, fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far.

Il-mewt tal-vittma, Ronald Galea, ġiet kkawżata minn ġrieħi fil-qalb u l-pulmun.

L-arma li ntużat setgħet kienet ‘sub-machine gun’ jew pistola semi-awtomatika. Il-vettura li ntużat hija Toyota Vitz griża. Kemm il-pistola kif ukoll il-karozza għadhom ma nstabux.

Il-pulizija kkonfermat li l-qattiel kien raġel li l-eta’ tiegħu tvarja bejn l-20 u t-30 sena u huwa ta’ statura medja. Il-pulizija qalet li l-qattiel kien jaħdem fl-istess linja ta’ xogħol tal-vittma.