Delia u Muscat fil-Karnival tan-Nadur

Anaca Photography

Read in English.

Hekk kif l-ispirtu tal-Karnival qiegħed fl-aqwa tiegħu bosta Maltin erħewla lejn Għawdex biex jiċċelebraw il-Karnival spontanju tan-Nadur.

Matul is-snin il-Karnival tan-Nadur kiseb popolarità kbira minħabba l-ispontanjetà tiegħu. Mir-ritratti li qed jitilgħu fuq il-mezzi soċjali jidher li din is-sena xejn inqas. Il-politiċi reġgħet missithom ix-xorti li jispiċċaw fuq il-karrijiet tal-Karnival fin-Nadur.

Wieħed mill-karrijiet juri lill-eks Pim Ministru Joseph Muscat bit-titlu tal-karru jkun ‘From Invictus to Evictus’. L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ġie mpinġi bħala kap tal-mafja, bl-arloġġ Bvglari f’idu u flixkun inbid Petrus quddiemu. Ma’ qalb Muscat tidher il-prowerstation tal-Electrogas.

L-eks Assistant Kummissarju Silvio Valletta jidher bi flok bil-kitba fuqu ‘I love Yorgen’, l-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Keith Schembr jidhru ħerġin minn moħħ Muscat.

Karru ieħor li qed idur mat-toroq tan-Nadur huwa dak dwar Infrastructure Malta u l-qtugħ tas-siġar biex jitwessgħu t-toroq.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wkoll sab ruħu fuq karru fit-toroq tan-Nadur, b’karozza antika li fuqha hemm miktub ‘Delia’s prostitute train’.