Delia u Grech approvati għall-elezzjoni tal-Kap mill-Kummissjoni PN

PN Dr Bernard Grech Dr Adrian Delia

Read in English.

Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Kandidati tal-Partit Nazzjonalista Colin Bowman fi stqarrija qal li wara li ntemm il-proċess tal-verifika, kemm il-Kap attwali Adrian Delia kif ukoll Bernard Grech jistgħu jkunu kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista kif jitlob l-Istatut tal-Partit.

Bowman spjega li wara li Adrian Delia u Bernard Grech iddikjaraw l-interess tagħhom biex jikkontestaw din l-elezzjoni, il-Kummissjoni Kandidati ltaqgħet kif jitlob l-istatut tal-Partit Nazzjonalista biex twettaq il-funzjonijiet tagħha skont l-istatut. Huwa żied li l-Kummissjoni ltaqgħet fit-tul kemm ma’ Adrian Delia kif ukoll ma’ Bernard Grech u intervistathom għall-iskop li jistabilixxi l-Istatut.

Il-Kummissjoni kkonsidrat ukoll ir-rapporti dwar id-diliġenza pruvata fil-konfront taż-żewġ kandidati prospettivi li rċeviet mill-panel tal-esperti indipendenti li nħatar skont kif jitlob l-Istatut u r-regolamenti.

Iċ-Chairperson irringrazzja lil panel li kienet magħmula minn Dr Antonio Ghirlando bħala Chairperson, mill-Awditur Mario P Galea u min-Nutar Dr Clyde La Rosa.

Il-Kummissjoni Kandidati qalet li tassigura li ż-żewġ kandidati prospettivi issottomettew ruħhom għall-evalwazzjoni u l-eżerċizzju tad-diliġenza pruvata.