Delia ‘sodisfatt’, Grech ‘din kampanja tagħkom’

Photo: Partit Nazzjonalista

Il-Kap attwali tal-Partit Nazzjonalista laqgħa b’sodisfazzjon l-aħbar li huwa jista’ jkun kandidat għall-elezzjoni ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista wara li sar il-proċess ta’ diliġenza.

F’post fuq Facebook, Adrian Delia qal li qiegħed jistenna r-rapport sħiħ tal-proċess tal-verifika kemm mill-Kunsill Amministrattiv kif ukoll mill-Kummissjoni Elettorali sabiex ikun jista’ jitlob lill-Kunsill Amministrattiv jagħmel rapport għall-iskrutinju tat-tesserati tal-Partit biex jiġi ppubblikat.

Nilqa' b’sodifazzjon l-ittra tal-Kummissjoni Kandidati wara li nżamm proċess ta' diliġenza ppruvata (due diligence) li…

Posted by Adrian Delia on Saturday, September 12, 2020

Il-kandidat prospettiv Bernard Grech qal li din il-kampanja elettorali mhix tiegħu imma tal-familja Nazzjonalista.

Huwa appella lit-tesserati biex minn għada jmorru jiffirmaw n-nomina tiegħu li huwa se jkun qiegħed jissottometti.

Kif sħaqt mill-bidu nett, din il-kampanja elettorali mhix tiegħi. Din il-kampanja hija tagħkom, hija tagħna kollha bħala…

Posted by Bernard Grech on Saturday, September 12, 2020

Dawn ir-reazzjonijiet ħarġu hekk kif il-Kummissjoni Kandidati tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalet li kemm Bernard Grech kif ukoll Adrian Delia huma eliġibbli li jkunu kandidati prospettivi għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Ill-Kummissjoni Elettorali ħabbret li l-Elezzjoni se tkun qiegħda ssir fit-3 t’Ottubru li ġej.