Ippubblikata l-lista tar-reshuffle tal-PN

Aġġornat 05:42 PM

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħabbar li se jkun qed jagħmel reshuffle tal-Kelliema tal-Oppożizzjoni fix-Shadow Cabinet. Il-lista ġiet ippubblikata mill-PN fl-aħħar ħin.

  • Adrian Delia – Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni
  • David Agius – Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament – Kelliem għall-Familja b’Saħħitha, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet Adegwati u Sostenibbli u Drittijiet tat-Tfal
  • Robert Arrigo – Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit – Kelliem għall-Isfidi fit-Turiżmu f’Dinja Ġdida
  • Robert Cutajar – PN Whip – Kelliem għaż-Żgħażagħ, l-Isport tul Ħajjitna, l-Volontarjat u l-Ġlieda kontra l-Obeżità
  • Frederick Azzopardi – Deputat Whip
  • Karol Aquilina – Kelliem għall-Governanza Tajba, Tisħiħ tad-Demokrazija, għaċ-Ċittadinanza u r-Riforma tas-Servizz Pubbliku
  • Jason Azzopardi – Kelliem għall-Ġustizzja
  • Ivan Bartolo – Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali, il-Ġlieda kontra l-Faqar ta’ Kull Tip, Solitudni u l-Esklużjoni Soċjali
  • Ivan J Bartolo – Kelliem għall-Soċjetà Diġitali
  • Toni Bezzina – Kelliem għat-Trasport u Mobiltà, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
  • Claudette Buttigieg – Kelliem għall-Ugwaljanza Vera u Sħiħa u Deputat Speaker
  • Ryan Callus – Kelliem għall-Enerġija u Konservazzjoni u Immaniġġjar tal-Ilma
  • Therese Comodini Cachia – Kelliem għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, l-Kultura u l-Midja
  • Kevin Cutajar – Kelliem għall-Artijiet, il-Kostruzzjoni u Ippjanar Sostenibbli
  • Mario de Marco – Kelliem għall-Finanzi
  • Kristy Debono – Kelliem għall-Investiment Ekonomiku u Negozji Żgħar, s-Servizzi Finanzjarji u l-Aċċessibiltà għall-Fondi u Budget Ewropej
  • Maria Deguara – Kelliem għall-Anzjanità Attiva u Inklussiva u l-Persuni b’Abbiltajiet Differenti
  • Beppe Fenech Adami – Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità
  • Mario Galea – Kelliem għas-Saħħa Mentali, Ħarsien tal-Persuni b’Mod Sħiħ, Kura fil-Komunità, Dimensja, l-Ġlieda Kontra d-Diabete, u Drittijiet tal-Annimali
  • Karl Gouder – Kelliem għat-Tisħiħ tal-Gvern Lokali u l-Komunitajiet
  • Claudio Grech – Kelliem għall-Ekonomija
  • Carmelo Mifsud Bonnici – Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja Mingħajr Fruntieri
  • Clyde Puli – Kelliem għall-Edukazzjoni u t-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali Parteċipattiv
  • Chris Said – Kelliem għal Għawdex u r-Riformi Kostituzzjonali
  • Hermann Schiavone – Kelliem għall-Industrija tal-Catering u Divertiment, Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika
  • Stephen Spiteri – Kelliem għas-Saħħa
  • David Thake – Kelliem għall-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima
  • Edwin Vassallo – Kelliem għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi

Huwa qal dan waqt intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista li matulu huwa tkellem dwar kif il-Gvern qed imexxi d-diversi oqsma fi żmien tal-kriżi tal-imxija tal-coronavirus.

Dwar ir-reshuffle, Adrian Delia tkellem dwar il-lingwaġġ li ntuża mill-Gvern għad-diversi Ministeru u kif il-PN se jkun qed jutilizza lingwaġġ differenti għall-ħtiġijiet tal-lum. Fost il-prijoritajiet tal-PN hemm il-ħiliet diġitali, it-tmexxija tal-Kunsilli Lokali u l-ambjent.

Delia spjega li l-Oppożizzjoni saret propożittiva minflok reattiva. Huwa rringrazzja lid-deputati u l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista li ħadmu flimkien biex offrew proposti biex isalvaw il-ħajjiet. Huwa sejjaħ dan bħala “ħidma kollaborattiva għal ġid ta’ kulħadd”.

Huwa qal li sfortunatament il-Prim Ministru Robert Abela jinsab reattiv għal dak li jiġri.

Huwa wissa’ lill-komunità kummerċjali biex ma jkunx hemm min jabbuża mill-vulnerabbli u mill-fqir. Sostna li fi żmien ta’ bżonn kulħadd irid jgħin lil xulxin. Spjega li l-familji għaddejjin minn trauma għaliex qal li qed togħla r-rata ta’ dippressjoni u anzjetà.

“Dak li ngħidu għal Malta japplika wkoll għall-UE”

Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban qed jabbuża u jkisser id-demokrazija. Huwa sostna li “dak li ngħidu għal Malta japplika wkoll għall-Unjoni Ewropea” u kien għalhekk li f’ittra li bagħat lill-President tal-Partit Popolari Ewropew biex ilaqqa’ summit speċjali biex jiddiskuti dak li qed iseħħ fl-Ungerija.

Adrian Delia tkellem ukoll dwar l-isptar Steward Healthcare fejn qal li skont dak irrappurtat, il-kuntratt għall-bejgħ tal-isptarijiet se jiswew €100 miljun biex jiġi tterminat il-kuntratt. Huwa spjega li skont dak li ħareġ fil-midja jidher li anki jekk il-Gvern jiġi biex jittermina l-kuntratt fuq nuqqas ta’ Steward, il-Gvern ikollu jħallas għal dan in-nuqqas Sostna wkoll li dan il-kuntratt huwa tradiment għall-poplu kollu.

Dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Delia qal li l-prezz taż-żejt naqas madwar id-dinja kollha biex issa qiegħed taħt $20 kull barmil.