Delia niżżel il-kontijiet bankarji fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu – Speaker

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia vverifika d-dikjarazzjoni tal-assi tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u effettivament instab li l-kontijiet bankarji marbutin miegħu ġew provduti.

Meta kien qed jagħti ruling wara talba tal-istess Kap tal-Oppożizzjoni, l-ispeaker qal li l-uffiċċju tiegħu kellu poteri limitati biex jinvestiga l-kontenut ta’ dawn il-kontijiet bankarji. Spjega li l-uffiċċju tiegħu ma setax jivvertifika jekk dawn il-kontijiet bankarji kellhomx flus fihom u stieden lill-kap tal-oppożizzjoni biex jirreferi l-każ lill-kummissarju għall-Istandards tal-ħajja pubblika li għandu poteri ex-officio.

Delia jitlob investigazzjoni fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu

Delia għamel din it-talba lbieraħ wara li kien qed jirreaġixxi għall-artiklu ippubblikat f’gazzetta lokali fejn intqal li hu naqas milli jiddikjara l-kontijiet bankarji tiegħu kemm kurrenti kif ukoll is-savings minkejja li għandu loan ta’ €670,000