Delia mhux se jattendi għas-Summit tal-PPE

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħabbar li mhux se jkun qed jattendi għas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) minħabba l-”mument traġiku” li għaddej minnu l-pajjiż.
F’ittra indirizzata lill-President tal-PPE Joseph Daul, Delia infurmah li fiċ-ċirkustanzi politiċi attwali, hu jħossu li għandu jipposponi l-ewwel Summit tiegħu, u jibqa’ Malta.
Fl-ittra, Delia rringrazzja lil Daul għall-appoġġ li wera lejn Malta matul dawn l-aħħar jiem.