“Delia ma tkellimx bħall-ġimgħa li għaddiet” – Clifton Grima

Is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima f’konferenza tal-aħbarijiet qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, ma tkellimx kif tkellem il-ġimgħa li għaddiet fuq dak li kien se jagħmel.

Grima kompla billi qal li minflok Delia kkonvinċa lill-bqija tal-grupp biex jaqblu miegħu, spiċċa biex m’attwax dak li qal li se jagħmel anka jekk kien jaf li dak kien il-pass li kellu jagħmel. S’issa Delia għadu ma tax spjegazzjoni t’għaliex ma daħħalx fis-seħħ id-deċiżjoni li ħa l-ġimgħa l-oħra.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni llum mill-Partit Laburista fejn fiha tkellmu, id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne kif ukoll Is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima.