Delia jittama li “l-Kummissjoni tuża l-istess kejl għall-kandidat l-ieħor”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li bħalissa qed jiġbor id-dokumenti kollha biex jiffaċċja l-Kumissjoni Kandidati tal-PN għal skrutinju fuq l-assi tiegħu.

Delia qal li hu nsista biex dan il-proċess ikun ferm aktar iebes minn dawk preċedenti.

“Jien nafda fil-ġudizzju tan-nies u qed nistenna li l-proċess li se ngħaddi minnu jiġi applikat fuq kulħadd,” stqarr Delia.

At times like these there are those who deem it fit to raise old questions and will continue to do so in relation to my…

Posted by Adrian Delia on Saturday, August 8, 2020

Fuq Facebook, Delia qal fi żminijiet bħal dawn, jkun hemm min jħoss li hu f’waqtu li jerġa’ jaqla’ kwistjonijiet ġodda dwar il-finanzi personali tiegħu.

“Jien nilqa’ dawn id-domanda u nibqa’ nirrispondi bl-aktar mod onest u ċar possibbli,” qal Delia.

Huwa qal li f’pass bla preċedent, fil-bidunett tal-ħajja politika tiegħu, kien ippubblika rapport ta’ verifika dwar il-finanzi tiegħu. Delia kompla jgħid li hu fatt magġruf li qabel ma daħal għall-politika, hu kien direttur għal ħafan snin ta’ kumpaniji regolati u li bħala parti mill-proċess kellu jkun sottomess għall-skrutinju personali (due diligence). Stqarr li dejjem instab denju li jokkupa karigi għoljin.