Delia jitlob investigazzjoni fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu

Read in English.

Fit-tmiem is-seduta tal-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab lill-Ispeaker Anġlu Farrugia jagħmel l-investigazzjoni neċessarja biex jivverifika l-fatt li hu kien wieġeb għal kull domanda li saritlu u pprovda l-informazzjoni mitluba fid-dikjarazzjoni tal-assi.

Delia qal li kien qed jirreaġixxi għall-artiklu ippublikat f’gazzetta lokali fejn intqal li hu naqas milli jiddikjara l-kontijiet bankarji tiegħu kemm kurrenti kif ukoll savings minkejja li għandu loan ta’ €670,000.

Il-gazzetta The Times of Malta kkwotat lill-kelliem ta’ Delia jgħid li Delia qatt ma qal li m’għandux kontijiet bankarji iżda sempliċiment ma kienux rikjesti mill-formola tad-dikjarazzjoni tal-assi.

L-Ispeaker qal li qed jilqa’ t-talba tiegħu u se jinvestiga.