Delia jissottometti l-interess tiegħu biex jikkontesta għal Kap tal-PN

Read in English.

Adrian Delia ssottometta l-interess tiegħu biex ikun kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Ħabbar dan hu stess ilbieraħ filgħaxija fuq Facebook.

Huwa ssottometta dan l-interess mal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, immexxija mill-Avukat Peter Fenech.

Fuq Facebook Delia stqarr li huwa dieħel għal din l-elezzjoni b’determinazzjoni u kuraġġ kbir, għax għandu fiduċja kbira fit-tesserati. F’messaġġ indirizzat lilhom, qalilhom li issa f’idejhom li jagħżlu d-destin ta’ dan il-partit.

Huwa tenna l-islogan li kellu fl-2017 meta kien kandidat għall-istess elezzjoni: Mod Ġdid, Nies Ġodda.

Illum infurmajt lill-Kummissjoni Elettorali tal-PN bl-interess tieghi li nkun kandidat għall-elezzjoni ta' Kap…

Posted by Adrian Delia on Thursday, August 6, 2020

Bernard Grech mistenni jkun il-kandidat l-ieħor f’din l-elezzjoni, wara li dawk interessati, Roberta Metsola, Therese Comodini Cachia u Mark-Anthony Sammut urew li huma jappoġġjaw lil Grech bħala kandidat.

Kemm Metsola kif ukoll Comodini Cachia qablu fuq Facebook li huma mhux se jkunu qed jikkontestaw biex il-partit jingħaqad wara kap wieħed.