Delia jiskuża ruħu talli ħalla lil kulħadd jistennieh

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, skuża ruħu llum fuq Twitter għad-dewmien ta’ lbieraħ, xħin ħalla lill-President ta’ Malta tistennieh siegħa biex taħtru Kap tal-Oppożizzjoni.
“Filwaqt li nirringrazzja lill-President u l-persuni distinti l-oħra għaċ-ċerimonja tal-ħatra u l-ġurament tiegħi bħala Kap tal-Oppożizzjoni, nixtieq nitlob skuża talli ħadt aktar milli suppost biex wasalt”, kiteb Dr Delia.
Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta, u mal-Kap tal-Oppożizzjoni kien hemm martu, il-ħames uliedu u l-ġenituri tiegħu.