Delia jisfida lil Muscat jieħu passi kontra 3 ministri

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sfida lill-Prim Ministru biex jieħu passi kontra t-tliet ministri li ġew dikjarati mill-ogħla Qorti tal-pajjiż li huma suspettati li huma kriminali.

Dan intqal fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista wara li llum il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex fi żmien jumejn jippreżentaw kopja tar-risposta li kienu taw fil-proċeduri tal-Qorti tal-Magistrati iktar kmieni din is-sena.

F’din ir-risposta l-Ministri kienu kkwotaw biċċiet mir-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar ir-rapport Egrant li mhumiex fil-konklużjonijiet ippubblikati mill-Avukat Ġenerali. Dan seħħ meta kienu qed iwieġbu għat-talba ta’ Inkjesta Maġisterjali ta’ Repubblika dwar il-korruzzjoni fil-kuntratt tal-bejgħ tal-isptarijiet pubbliċi. Il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat li t-tliet ministri huma suspettati li kisru l-liġi kriminali u għalhekk biss ma jistgħux jiġu mġiegħla jixhdu.