Delia jikser is-silenzju – ‘Jien nibqa’ naħdem bla waqfien u b’kuxjenza nadifa’

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kiser is-silenzju u stqarr fuq Facebook l-intenzjoni tiegħu li jibqa’ jaħdem bla waqfien ‘għal pajjiżna u għal kull Malti u Għawdxi mingħajr biża’ jew influwenza u b’kuxjenza nadifa”, filwaqt li reġa poġġa filmat ta’ intervista li saritlu ftit tal-ġranet ilu fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista NET TV.

Ser nibqa’ naħdem bla waqfien għal pajjiżna u għal kull Malti u Għawdxi mingħajr biża’ jew influenza u b’kuxjenza nadifa. 🇲🇹📍Intervistat fuq il-programm 'Magħkom' fuq NET Television

Posted by Adrian Delia on Sunday, July 12, 2020

Ma naqsux il-kummenti tal-partitarji Nazzjonalisti li fil-maġġjoranza tagħhom kien messaġġi ta’ kuraġġ.

Din kienet l-ewwel okazzjoni li fiha Delia esprima ruħu fuq is-sitwazzjoni preżenti mindu l-President ta’ Malta beda jlaqqa’ l-membri tal-Oppożizzjoni biex jagħrbel is-sitwazzjoni. Ir-reazzjoni ta’ Delia kienet “Jien għadni Kap tal-Partit u tal-Oppożizzjoni għalik.”