Delia jħeġġeġ lil PM biex jiltaqa’ mal-familjari ta’ Daphne

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħabbar li kien se jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tiegħu wara li l-Gvern ħatar bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ daphne Carauana Galizia.

Huwa qal li l-Prim Ministru ġie daru mal-ħajt wara li ma kellux triq oħra ħlief li jaħtar dan il-bord wara t-terminu impost mill-istituzzjonijiet internazzjonali biex jagħmel dan, jiskadi fi ftit ġranet oħra.

Huwa qal li issa l-Prim Ministru għandu d-dover li jara li l-veritá kollha toħroġ mill-inkjesta pubblika li se ssir dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u stiednu biex iltaqa’ mal-familjari tal-vittma biex iserħilhom rashom dwar dan.

Adrian Delia qed jitkellem waqt intervista fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista NET FM.

Huwa qal f’pajjiżna tlaqna minn sitwazzjoni fejn il-Gvern kien qed jibni skola fis-sena u wasalna fil-paradoss fejn il-Gvern qed idaħħal kontejner fil-ġimgħa fl-iskejjel tagħna.  Huwa qal pajjiżna mhux f’pożizzjoni li jgħallem lit-tfal tiegħu bi skarzezza ta’ għalliema fi 82 suġġett.

Dr Delia qal li l-Gvern irid imexxi bl-eżempju fil-qasam ambjentali hekk kif f’Malta hawn l-ikbar għarfien u kuxejnza dwar tibdil fil-klima mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Huwa qal li għal Partit Nazzjonalista, l-ambjent mhux il-vittma tal-iżvilupp iżda riżorsa u ried jara li ambjent ċentali mhux biss tal-għexien tagħna iżda nagħmluh ċentrali għall-ekonomija tagħna.