Delia jgħid il-pjan moħbi tal-PM hu li jagħmel minn Malta belt waħda

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-pjan moħbi tal-Prim Ministru Joseph Muscat hu li jagħmel minn Malta, belt waħda u jtella’ popolazzjoni għal miljun ruħ.

Delia għamel l-intervent tiegħu waqt programm ta’ diskussjoni fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista Net FM. Huwa qal li minkejja l-Prim Ministru ma esprimix dan il-ħsieb b’mod dirett, l-azzjonijiet tiegħu se jwasslu biex dan il-pjan jitwettaq.

Huwa spjega li l-Gvern qed jgħoxxa jqaxxat is-siġar u qed jidħaq bin-nies meta jgħid li l-ambjent hu importanti għalih. Hu staqsa x’sar mill-programm li ħabbar qabel l-elezzjonijiet Ewropej dwar l-af-forest-azzjoni.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-PN irdi jagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex jindirizza n-nuqqasijiet li rrimarkaw MoneyVal fir-rapport tagħhom u fl-istess ħin iwassal il-messaġġ barra mill-pajjiż li f’Malta hawn min jieħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus bis-serjeta’.