“Irrid indawwar riżultat storiku f’opportunità ta’ tisħiħ” Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li din ma kinitx rebħa ta’ Adrian Delia iżda rebħa tal-Partit Nazzjonalista kollu wara li l-kunsillera kważi kollha ħarġu bi ħġarhom u ħadu sehem fi proċess demokratiku.

Waqt li ddeskriva r-riżultat bħala wieħed pożittiv u storiku, huwa qal li dan hu tal-Partit Nazzjonalista kollu għaliex l-avversarji tal-Partit ma jinsabux fi ħdan l-istess partit.

Huwa qal li l-għada ta’ dan ir-riżultat, il-Partit qed jippubblika avviż fil-gazzetta tiegħu biex jibda r-reklutaġġ ta’ nies li rridu jkunu parti mill-bidla.

Delia qal li wara r-riżultat tal-bieraħ se jagħti iktar widen lit-terz li qal ‘le’, jiġifieri biex hu ma jibqax fit-tmexxija tal-Partit. Aktar miż-żewġ terzi li qalu Iva.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-għan tiegħu hu li  dik li segħet kienet daqqa mortali għal Partit idawwarha f’opportunità tad-deheb għal Partit Nazzjonalista biex jissaħħaħ.

Delia qal li baqa’ sa tard ilbieraħ filgħaxija jwieġeb il-korrispondenza ta’ diversi persuni li jixtiequ jagħtu kontribut.

Delia appella biex il-partitarji tal-PN ikunu ġentili u ma jattakkawx personalment iżda se jagħmel minn kollox biex iwaqqaf lil min jipprova isikket lil dawk li jikkritikawh.