Delia jaħlef li jieħu l-PN lura lejn l-għeruq

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fl-għeluq il-140 sena mit-twaqqif tal-PN, irid jieħu lill-partit lura lejn l-għeruq tiegħu.

Meta kien qed jitkellem fil-każin tal-PN f’Ħaż-Żabbar, Delia qal li l-eżekuttiv ta l-aħħar imbuttatura biex isir t-tibdil neċessarju biex l-partit jiġġedded u jimxi maż-żminijiet.

Huwa wissa li ħadd u xejn mhu se jwaqqfu biex jagħmel ir-riformi neċessarji fejn meta ġedded il-Partit, il-pajjiż għamel pass ‘il quddiem. F’kuntrast, skontu, il-Partit Laburista fil-Gvern għamel dak it-tibdil li għerra lill-pajjiż mis-sidien.

Delia qal li konferma ta’ dan kien l-aħħar rapport tal-Fond Monitarju Internazzjonali (IMF) li jwissa’ lill-Gvern Malti li ġejja kriżi fuq pajjiżna bl-investituri jaħarbu minn Malta.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li b’reazzjoni għal dan ir-rapport, il-Ministru għall-Finanzi ħareġ ċekkijiet ta’ €15 lill-Maltin. Stqarr li kieku l-pajjiż ma nsteraqx mill-Vitals u Electrogras, il-Gvern kien ikun f’pożizzjoni li joħroġ ċekkijiet ta’ €500 u €1,000 lill-Maltin.

Ironikament, €15 hija r-rata fis-siegħa li  kien se jingħata l-eks Ministru Konrad Mizzi mill-kuntratt ta’ €80,000 fis-sena li ngħata mill-MTA.

Delia wiegħed li se jibqa’ jiġġieled sal-aħħar mumenti biex l-isptarijiet pubbliċi jitroddu lura lill-Maltin.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kkritika lill-Prim Ministru Robert Abela li filwaqt li ammetta mar-rapporteur Peter Omtzigt li Owen Bonniċi m’ għamel xejn dwar ir-riformi tal-Kummissjoni ta’ Venezja, poġġieh Ministru għall-Edukazzjoni. Bl-istess mod, Abela kien ilu jaf bil-każ tal-pulizija u lill-Ministru Michael Farrugia żammu ministru u tah dekasteru ieħor.