Delegazzjoni tal-Partit Laburista għaċ-Ċina

Delegazzjoni mill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista se tkun qed tagħmel żjara fiċ-Ċina biex isiru taħdidiet ma’ rappreżentanti tal-Gvern Ċiniż fuq diversi oqsma.
Fost l-oħrajn se jkollhom laqgħat mal-Ministeru tal-Kultura, ma’ fergħat taż-żgħażagħ u mad-Dipartiment Internazzjonali. It-temi li se jiġu diskussi jinkludu s-sitwazzjoni politika u ekonomika taż-żewġ pajjiżi, l-irwol ta’ Malta fl-istituzzjonijiet Ewropej u l-Presidenza Ewropea tal-2017, kif ukoll il-possibilità ta’ attivitajiet kulturali.
Id-Delegazzjoni li se tkun immexxija mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Toni Abela, se tħalli Malta għada.