Delegazzjoni mill-MCAST iżżur il-Parlament

Delegazzjoni mill-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija mmexxija minn Dr Silvio De Bono, President tal-Bord tal-Gvernaturi, żaret il-Parlement ta’ Malta fejn iltaqgħet mal-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Id-delegazzjoni tal-MCAST kienet tinkludi ukoll lil Viċi President tal-Bord tal-Gvernaturi, il-Prinċipal tal-MCAST, kif ukoll studenti żgħażagħ, rappreżentanti ta’ għaqdiet, u movimenti tal-istudenti fl-MCAST.
L-Ispeaker stieden lill-Kulleġġ sabiex  bl-għajnuna tal-Parlament iniedi programm edukattiv bl-għan li l-istudenti jingħataw l-opportunità jiddiskutu affarijiet li jolqtuhom mil-lat akkademiku u vokazzjonali fil-preżenza ta’ Membri Parlamentari.
Ritratt: Reuben Piscopo